Welcome. Today is


Untitled Document

Aġġornat il-Ġimgħa, 16 ta’ Mejju, 14:30

 

  • Tfal b’diżabbiltà li jingħataw l-għajnuna mir-razzett tal-ħbiberija għal xhur sħaħ sfaw vittmi ta’ tilwima industrijali li hemm bejn il-MUT u l-Gvern b’facilitators waqfu milli jakkumpanjaw lit-tfal waqt sezzjonijiet terapewtiċi.
  • In-nefqa totali tal-gvern fuq il-benefiċċi tas-sigurtà soċjali fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena ammontat għal 174 miljun ewro. Dan ifisser żieda ta’ 28 miljun ewro jew 19.2% fuq l-ewwel tlett xhur tas-sena li għaddiet.
  • Tkompli l-kontroversja dwar l-allegat skandlu tal-Mistra, bil-Partit Laburista jsostni li Jeffery Pullicino Orlando mhux denju li jkun rappreżentant tal-poplu fil-parlament u jitlob lill-Prim Ministru biex jieħu passi kontra d-deputat tal-PN.
  • L-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku heddet li tordna azzjonijiet industrijali wara kwistjoni ma’ l-awtorita dwar it-trasport dwar testijiet ta’ l-emissjonijiet mill-vetturi.
  • Ċina: Il-President Ċiniż Hu Jintao żar il-provinċja ta’ Sichwan li ntlaqtet l-għar mit-terremot devastanti li seħħ it-Tnejn li għadda. Sa issa 20,000 kienu konfermati mejta, iżda hu maħsub li l-ammont ta’ vittmi se jitla’ sa 50,000.
  • Messaġġ ġdid bl-awdjo li qed jingħad li sar minn Osama Bin Laden jappella lill-Misilmin biex ikompli bil-ġlieda biex jeħilsu l-artijiet Palestinjani.
  • Ta’ l-anqas disa’ persuni nqatlu u 75 oħra ndarbu f’attakk suwiċida li seħħ fiċ-ċentru tal-belt kapitali ta’ Sri Lanka, Kolombo.
  • It-temp: Il-biċċa l-kbira xemxi bi sħab għoli kultant. L-ogħla temperatura: 23°c. Indiċi UV: 9.

 

Website Visitors Web Counter